Fl-aħħar sigħat, fiequ 144 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 79 każ minn fost 2,944 test.
Dan ifisser li 97.4% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 2.6% ġew pożittivi. Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 624,370 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 31,633 tilqima.
Minnhom, 5,410 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda każijiet ta’ mewt ta’ persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19.