Fl-aħħar sigħat, fiequ 1,431 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 273 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 5,761.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,193,682 doża tal-vaċċin, li minnhom, 321,351 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 93 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Coronavirus, li 6 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, mietu tleit anzjani rġiel, tnejn ta’ 86 u ieħor ta’ 89 u erba’ anzjani nisa ta’ 74, 81, 86 u 89 li kienu pożittivi għall-Covid-19.