Fl-aħħar sigħat fiequ erbatax-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sbatax-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma mitejn, ħamsa u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u sittin elf, disa’ mija, u għaxar dożi tal-vaċċin, li disgħa u tletin elf, seba’ mija u sitta u ħamsin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm sbatax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.