Fl-aħħar sigħat fiequ 14-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 2 każijiet minn fost 1,926 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 84 każ attiv ta’ Covid-19.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru aktar minn 908,544 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 461,215-il doża.
Minnhom, 299,549 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 169,177 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, għall-15-il jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.