Fl-aħħar sigħat fiequ 137 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 87 każ minn fost 3,466 test, biex bħalissa hawn 808 każijiet attivi.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,126,370 test.
Ingħataw ukoll 778,936 doża tal-vaċċin. Minnhom, 405,723 persuna ħadu l-ewwel doża 399,769 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 40 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, tlieta minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tat-Tlieta kienet ta’ 38 sena.
Filwaqt, li anzjana ta’ 79 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Hija kienet qed tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.