Fl-aħħar sigħat, fiequ 134 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 130 każ minn fost 2,660 test.
Dan ifisser li 95.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 674,377 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 63,308 tilqima. Minnhom, 20,189 ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, miet raġel ta’ 72 sena li kien pożittiv għall-COVID-19 fl-Isptar Mater Dei.