Fl-aħħar sigħat fiequ 134 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 69 każ minn fost 3,157 test, biex bħalissa hawn 1,544 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,099,963 test.
Ingħataw ukoll 762,832 doża tal-vaċċin. Minnhom, 400,760 persuna ħadu l-ewwel doża 385,049 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 31 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, ħamsa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tat-Tnejn kienet ta’ 34 sena.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.