Fl-aħħar sigħat, fiequ 132 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 141 każ minn fost 2,836 test.
Dan ifisser li 95% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru sitt mija u 618,453 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 29,002 tilqima.
Minnhom, 4,476 ħadu t-tieni doża.
Intant, anzjana ta’ 92 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.