Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u wieħed u tletin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew erba’ mija u ħmistax-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tlett elef mitejn u tlieta u ħamsin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u erbgħa u ħamsin elf, mija u ħmistax-il doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u disgħa u erbgħin elf, mija u erbgħa u ħamsin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm ħamsa u sebgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva. Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrapportati ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.