Fl-aħħar sigħat, fiequ 1,307 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 503 każijiet.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa 10,754.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,165,421 doża tal-vaċċin, li minnhom, 303,033 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 102 persuni li qed jieħdu l-kura l-isptar minħabba l-Covid, li 3 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, mietu anzjan ta’ 62 sena u żewġ anzjani nisa ta’ 69 u 86 sena li kienu pożittivi għall-Covid-19.