Fl-aħħar sigħat, fiequ 127 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 465 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 3,590.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,254,627 doża tal-vaċċin, li minnhom, 349,561 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 77 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ġie irrapportat li mietet anzjana ta’ 81 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19