Fl-aħħar sigħat, fiequ 1,261 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 462 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 12,301.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,152,980 doża tal-vaċċin, li minnhom, 293,394 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 108 persuni li huma nfettati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Tmienja minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa, erba’ anzjani ta’ 87, 71, 76 u 93 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.