Fl-aħħar sigħat, fiequ 126 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 137 każ minn fost 3,266 test.
Dan ifisser li 95.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru aktar minn 636,729 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 39,257 tilqima. Minnhom, 9,918, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda każijiet ta’ mewt ta’ persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19.