Fl-aħħar sigħat, fiequ 1,255 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 516-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 11,561.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,159,050 doża tal-vaċċin, li minnhom, 297,915 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 104 persuni li huma nfettati bil-Covid-19 qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Tmienja minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa anzjana ta’ 68 sena mietet waqt li kenet pożittiva għall-Covid-19.