Fl-aħħar sigħat fiequ elf, mitejn u tlieta u ħamsin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mitejn żewġ każijiet.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ erbat elef, seba’ mija u tmienja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, miljun, mija u ħamsa u disgħin elf u wieħed u erbgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u tnejn u għoxrin elf, u tnejn u disgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u tliet persuni nfettatati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Sitta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, żewġt irġiel ta’ ħamsa u ħamsin sena u ieħor ta’ disgħin sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.