Fl-aħħar sigħat fiequ 125 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 91 każ minn fost 3,862 test, biex bħalissa hawn 2,194 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,079,695 test.
Ingħataw ukoll 750,641 doża tal-vaċċin. Minnhom, 396,087 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 373,771 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 36 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tat-Tlieta kienet ta’ 35 sena.
Intant, anzjan ta’ 95 sena u anzjan ieħor ta’ 86 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Huma kienu qed jiġu kkurati fl-Isptar Mater Dei.