Fl-aħħar sigħat, fiequ 123 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 74 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 765.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,237,194 doża tal-vaċċin, li minnhom, 340,570 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 47 persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġ anzjani rġiel ta’ tmienja u sittin u tmienja u sebgħin sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.