Fl-aħħar sigħat, fiequ 121 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 72 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,628.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,231,182 doża tal-vaċċin, li minnhom, 337,974 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 54 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ 39 sena u żewġ anzjani rġiel ta’ 92 sena u 103 snin mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.