Fl-aħħar sigħat fiequ 121 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 56 każ minn fost 2,615-il test, biex bħalissa hawn 878 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,119,811-il test.
Ingħataw ukoll 774,907 dożi tal-vaċċin. Minnhom, 404,461 persuna ħadu l-ewwel doża. 396,160 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 38 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, ħamsa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tal-Ħadd kienet ta’ 33 sena.
Intant, anzjana ta’ 71 sena u anzjan ta’ 63 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Huma kienu qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei.