Fl-aħħar sigħat fiequ mija u għoxrin persuna mill-Coronavirus u feġġew erbgħa u disgħin każ minn fost tlett elef, ħames mija, tmienja u disgħin test, biex bħalissa hawn sitt mija, sitta u disgħin każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija, sitta u tletin elf, disa’ mija, tnejn u tmenin test.
Ingħataw ukoll seba’ mija, tnejn u tmenin elf u sitt mitt doża tal-vaċċin. Minnhom, erba’ mija u sebat elef, sitt mija, disgħa u sebgħin kienu l-ewwel doża, u issa, erba’ mija u erbat elef, mitejn u tlettax-il persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-virus.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm tmienja u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, erbgħa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tal-Ġimgħa kienet ta’ tmienja u tletin sena.
Fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ 85 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19.