Fl-aħħar sigħat fiequ 12-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 50 każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 369.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 888,337 doża tal-vaċċin, li 58,540 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 11-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2021/11/07123933/Covid-19-3-1008x1024.jpg)