Fl-aħħar sigħat fiequ 119-il persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 101 minn fost 3,597 test, biex bħalissa hawn 723 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,133,384 test.
Ingħataw ukoll 782,600 doża tal-vaċċin. Minnhom, 407,171 persuna ħadu l-ewwel doża u 403,015-il persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 36 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, erbgħa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tal-Ħamis kienet ta’ 42 sena
Intant, illum ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.