Fl-aħħar sigħat fiequ mija u tmintax-il persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew disa’ mija u ħamsa u ħamsin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ erbat elef, erba’ mija u disgħa u sittin.
Sal-bieraħ ingħataw miljun, sebgħa u għoxrin elf, disa’ mija u tlett dożi tal-vaċċin, li minnhom mija, erbgħa u tmenin elf, disa’ mija u disgħa u għoxrin kienu tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm sebgħin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.