Fl-aħħar sigħat fiequ mija, tmintax-il persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew wieħed u ħamsin (51) każ minn fost tlett elef, erba’ mija, u sbatax-il test, biex bħalissa hawn seba’ mija u wieħed u erbgħin każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u disgħa u għoxrin elf, seba’ mija u sebgħa u tmenin test.
Ingħataw ukoll seba’ mija, u tmenin elf, seba’ mija u sebgħin doża tal-vaċċin. Minnhom, erba’ mija u sitt elef, erba’ mija u erbatax-il persuna ħadu l-ewwel doża u erba’ mija u elf, tliet mija, u disgħin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm tnejn u erbgħin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, erbgħa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tal-Erbgħa kienet ta’ wieħed u erbgħin sena.
Fl-aġġornament tal-lum ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.