Fl-aħħar sigħat, fiequ 1,179 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 673 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 13,104.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,146,466 doża tal-vaċċin, li minnhom, 288,561 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 116-il persuna li huma nfettati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Disgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 77 sena, ieħor ta’ 87 sena u ieħor ta’ 88 sena u anzjana ta’ 86 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.