Fl-aħħar sigħat, fiequ 117-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 34 każ minn fost 2,162 test.
Dan ifisser li 98.5% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 1.5% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 817,914-il test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 212,466 tilqima. Minnhom, 58,004 persuni ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, miet raġel ta’ 72 sena li kien pożittiv għall-COVID-19 fl-Isptar Mater Dei.