Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u ħmistax-il persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tliet mija u tnejn u disgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tlett elef tmien mija u erbgħa u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u ħamsa u ħamsin elf, u tnejn u tmenin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u disgħa u erbgħin elf, seba’ mija u disgħa u sittin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm sebgħa u sebgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva. Fl-aħħar sigħat, mara ta’ sitta u erbgħin sena, u żewġ anzjani nisa ta’ sitta u tmenin u wieħed u disgħin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.