Fl-aħħar sigħat fiequ 114-il persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 62 każ minn fost 2,289 test.
Dan ifisser li 97.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 2.7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 815,752 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 209,065 doża. Minnhom, 57,123 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa raġel ta’ 62 sena u raġel ta’ 65 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.