Fl-aħħar sigħat, fiequ 1133 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 301 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 9,920.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,168,755 doża tal-vaċċin, li minnhom, 305,549 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 102 persuni li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei u huma pożittivi għall-Covid-19.
8 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ 75 sena u anzjana ta’ 77 sena mietu waqt li kien pożittivi għall-Covid-19.