Fl-aħħar sigħat, fiequ 1,107 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 762 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 14,615.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,123,023 doża tal-vaċċin, li minnhom, 269,052 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 127 persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei u huma pożittivi għall-Covid-19.
6 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ 71 sena u 89 mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.