Fl-aħħar sigħat fiequ mija u għaxar (110) persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija tmienja u sittin (168) każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, erba’ mija erbgħa, u sittin (1,464).
Sal-bieraħ, ingħataw miljun u tliet mija erbgħa u għoxrin (1,000,324) doża tal-vaċċin, li mija wieħed u sittin elf, mija erbgħa u erbgħin (161,144) minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm tlieta u għoxrin (23) persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta (3) minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.