Fl-aħħar sigħat, fiequ 109 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 138 każ minn fost 2,831 test.
Dan ifisser li 95.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4.9% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 653,986 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 50,175 tilqima. Minnhom, 15,601, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 64 u anzjana ta’ 72 sena, u mara ta’ 60 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.