Fl-aħħar sigħat fiequ mija u seba’ persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew wieħed u tmenin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, tliet mija u sitta u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u wieħed u tmenin elf, seba’ mija u tnax-il doża tal-vaċċin, li mija u tlieta u erbgħin elf u disa’ mija u ħamsa u tletin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm sebgħa u għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa raġel ta’ 64 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.