Fl-aħħar sigħat fiequ elf u tnejn u sittin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tliet mija u sitt każijiet.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ sebat elef, disa’ mija u wieħed u erbgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mija, tmienja u tmenin elf, mija, u ħamsin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u sbatax-il elf, disa’ mija, sebgħa u tletin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm disgħa u disgħin persuni li huma nfettati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Sebgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjana ta’ erbgħa u sebgħin sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.