Fl-aħħar sigħat, fiequ mija u sitt persuni oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew ħamsa u disgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ seba’ mija u tlieta u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, disgħa u tletin elf, sitt mija, u wieħed u tletin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija, wieħed u erbgħin elf, sitt mija disgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm erbgħa u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrapportati ebda mwiet relatati mal-Covid-19.