Fl-aħħar sigħat, fiequ 106 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 199 każ minn fost 3,100 test.
Dan ifisser li 93.6% ġew negattivi filwaqt li 6.4% tat-testijiet li saru ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 671,717-il test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 62,059 dożi. Minnhom, 19,828 persuna, ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjana ta’ 92 sena u anzjan ta’ 84 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.