Fl-aħħar sigħat, fiequ 1018-il persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 563 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 14,159.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,128,125 doża tal-vaċċin, li minnhom, 273,692 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 115-il persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei u huma pożittivi għall-Covid-19.
7 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ 63 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.