Fl-aħħar sigħat fiequ 100 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 51 każ minn fost 3,290 test, biex bħalissa hawn 647 każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,140,272 test.
Ingħataw ukoll 784,626 doża tal-vaċċin. Minnhom, 407,948 persuna ħadu l-ewwel doża u 404,679 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 38 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, ħamsa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tas-Sibt kienet ta’ 42 sena.
Intant, fl-aħħar sigħat, ma kienu irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.