Fl-aħħar sigħat fiequ 10 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 222 każ minn fost 3,629 test, biex bħalissa hawn 1,212-il każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,029,618-il test.
Ingħataw ukoll 715,447 doża tal-vaċċin. Minnhom, 377,373 kienu l-ewwel doża u 353,929 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.