Fl-aħħar sigħat, fiequ 10 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 6 każijiet minn fost 2,018-il test.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru aktar minn 906,618-il test.
Ingħataw ukoll 453,711-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 296,548 huma mlaqqma bl-ewwel doża filwaqt li 164,113-il persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-COVID-19.
Intant, għal darb oħra mew ġewx irreġistrati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.