Għat-tielet darba konsekuttiva istituzzjonijiet finanzjarji lokali u barranin urew ix-xewqa li jixtru ferm aktar mill-ammont li l-Gvern offra bħala stocks.
Filfatt l-ammont ta’ mija u ħamsin miljun ewro li l-Gvern offra ma kienx biss mixtri, iżda l-istituzzjonijiet offrew ħames mija, sitta u għoxrin miljun u tliet mitt elf ewro oħra. Dan juri fiduċja kbir fil-Gvern, mill-istituzzjonijiet finanzjarji.
Fi stqarrija l-Gvern spjega li dan l-ammont huwa rekord u bla preċedent meta mqabbel ma’ dak offrut f’April u f’Mejju biex f’temp ta’ erba’ xhur kienu offruti aktar minn biljun ewro lill-Gvern.
Il-gvern żied ifakkar li bħalissa qed jissellef biss mingħand istituzzjonijiet finanzjarji, iżda fix-xhur li ġejjin mistennija jsiru offerti ta’ stocks tal-gvern lil persuni privati. L-ewwel li se jgawdu minn dan se jkunu l-pensjonanti li se jingħataw l-aqwa rata ta’ imgħax li tista’ tinkiseb fis-suq.
Intant fi tweet, il-Prim Ministru Robert Abela esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar li turi fiduċja mill-istituzzjonijiet fil-Gvern.
Yet another vote of #confidence in our 🇲🇹 #plan to build a #bettertomorrow. Yesterday the #local and #foreign #financial institutions offered to lend @maltagov three times and a half more than we had asked for – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) July 10, 2020