L-elettorat huwa fiduċjuz li l-partit laburista għandu l-kredibilitá li l-proposti li qed iwiegħed jiġu imwettqa, jekk jerġa jkun elett fil-gvern.
Dan ħareġ minn stħarriġ tal-Malta Independent, li staqsa lil 500 persuna li pparteċipaw fl-istħarriġ jekk jemmnux il-proposti elettorali li qed isiru mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.
Irriżulta li kważi 39% jemmnu l-proposti tal-partit laburista.
Dan huwa d-doppju meta mqabbel mal-Partit Nazzjonalista. Hekk kif huma 19.3% biss li jemmnu l-proposti tal-partit nazzjonalista.
Rizultat li l-elettorat mhux jafda lill-partit nazzjonalista, li bejn l-2008 u l-2013 għolla l-kontijiet tad-dawl. Filwaqt li l-Partit Laburista fil-Gvern irnexxielu mhux talli jraħħas il-kontijiet, imma anki jwaqqaf l-uzu tal-heavy fuel oil u jaqleb għall-gass.
Interessanti li fost dawk li qalu li se jivvutaw lill-Partit Laburista huma kważi 86% li jemmnu l-proposti tal-istess Partit Laburista.
Filwaqt li fost dawk li qalu li se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista huma 60% biss li jemmnu l-proposti tal-Partit li għalih se jivvutaw.
F’erba’ snin il-partit laburista wettaq wegħdiet li bidlu ħajjet in-nies. Bħall-introduzzjoni tal-unjoni ċivili li fost l-oħrajn tat opportunità li koppji gay jadottaw it-tfal, l-introduzzjoni tal-att tal-koabitazzjoni u servizz tal-IVF f’Mater Dei.
Il-Gvern preżenti żamm kelmtu u kif spjega kemm-il darba l-Prim Ministru Joseph Muscat, hu għandu l-kredibilità għaliex wettaq dak li wiegħed.