Dik li kellha tkun mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern inbidlet f’ mozzjoni ta’ fiduċja ċara fil-Gvern biex jibqa għaddej bil-ħidma tiegħu sal-aħħar tal-leġislatura.
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Ħu Siġġu fuq ONE.
Rigward il-każ ta’ Mario De Marco, l-Prim Ministru qal li kieku ma kien hemm xejn ħażin rigward dan il-każ kieku Mario De Marco ma kienx jgħaġġel biex jitlob il-kontijiet tax-xogħlijiet li sarulu fi propjeta’ tiegħu fi żmien meta kien Ministru tal-MEPA.
Huwa staqsa jekk il-Viċi Kap Nazzjonalista huwiex lest li jagħmel bħas-Segretarju Parlamentari Ian Borg u jippublika l-kuntratt u l-irċevuti kollha.
Meta mistoqsi dwar il-futur tal-Ministru tal-Enerġija u s-saħħa Konrad Mizzi u c-Chief of Staff Keith Schembri, huwa qal li qabel ma jieħu xi tip ta’ azzjoni jrid ikollu informazzjoni fattwali f’idu bħal ma kellhu f’każijiet oħra meta ħa azzjoni. Dan b’kuntrarju għal Simon Busuttil li dejjem jagħżel li jdawwar wiċċu.
Intant, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem ukoll dwar id-diskors tal-Kap tal-Opożizzjoni tat-Tnejn filgħaxija fejn qal lill-Partit Nazzjonalista kellhu pjan tal-enerġija simili għal dak li għandu l-Gvern preżenti iżda ħallih fuq l-ixkaffa. Dan jista’ jwassal għall-konklużjoni lill-Gvern preċedenti ridt li nibqgħu nħallsu l-commissions fuq ix-xiri taż-żejt.
Staqsa kif jekk kellu dan il-pjan u din il-possibilta li jrahhas il-kontijiet tad-dawl, ghaliex qal li din kienet impossibli li ssir.