Minkejja li għal dawn l-aħħar snin il-Partit Nazzjonalista għamel ħiltu kollha sabiex jimmina l-fiduċja fil-Forzi tal-Ordni, il-poplu Malti ma waqax għan-nasba tiegħu. Stħarriġ ippubblikat il-Ħadd mit-Times of Malta wera kif madwar 70% tan-nies għandhom fiduċja kemm fil-Forzi tal-Ordni, kif ukoll fil-Gvern.
B’persentaġġ ta’ 72%, il-Forzi Armati Maltin kif ukoll il-Gvern igawdu l-akbar fiduċja fost il-Maltin, filwaqt li l-Korp tal-Pulizija għandu l-fiduċja ta’ 69%.
Il-Parlament segwa b’fiduċja ta’ 56%, waqt li l-anqas żewġ istituzzjonijiet li kisbu fiduċja tal-Maltin huma l-Qrati u l-media b’51%.