Fi stqarrija, il-Ministru għall-Edukazzjoni appella sabiex kulħadd jiġbed ħabel wieħed u fid-diskussjoni dwar il-ftuħ tal-iskejjel il-partiġjaniżmu jingħata l-ġenb. Il-Gvern appella lill-Oppożizzjoni biex timxi b’maturità fuq suġġett tant sensittiv u delikat bħalma hija l-edukazzjoni.
Fl-istqarrija ntqal kif huwa importanti li t-tfal ikollhom aċċess għall-aqwa edukazzjoni possibli, fl-istess waqt li ttieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġu protetti u ssalvagwardjati kemm huma, kif ukoll l-edukaturi tagħna.
Il-Ministeru qal li bħalma għamel meta nfetħu ċ-childcare centres kollha u Skolasajf, il-Ministeru ilu jaħdem fuq il-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel minn April li għadda u żamm u se jkompli jżomm konsultazzjonijiet frekwenti u regolari mal-istakeholders kollha.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni temm jgħid li l-Gvern huwa impenjat li l-edukazzjoni tkompli timxi ‘l quddiem għall-ġid tat-tfal kollha Maltin u Għawdxin.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/08/25/fil-jiem-li-gejjin-se-jigu-ppubblikati-linji-gwida-brabta-mal-iskejjel/