Il-Prim Ministru Daniża Mette Frederiksen ħabbret l-għeluq tal-iskejjel primarji mill-15 ta’ Diċembru kawża tat-tixrid tal-varjant Omicron.
Riżultat tal-imxija, fid-Danimarka se jingħalqu r-ristoranti u l-bars minn nhar il-Ġimgħa li ġej.
Id-Daniżi qed jiġu mħeġġa jaħdmu mid-dar u jħassru l-festini tal-Milied fid-djar.
Id-Danimarka rat żieda qawwija ta’ każijiet ta’ Covid-19 fl-aħħar ġimgħat u l-Gvern qal li kien kostrett jerġa’ jdaħħal numru ta’ restrizzjonijiet.