Se jkun fid-29 ta’ Marzu li r-Renju Unit jitlob li jidħol fis-seħħ Artiklu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li jarah jibda t-triq biex ma jibqax membru.
r-rappreżentant permanenti tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea, Sir Tim Barrow, informa b’dan lill-Unjoni Ewropea t-Tnejn filgħodu fejn qal li wieħed għandu jistenna l-ittra ta’ May f’dik id-data. Jidher li qabel tibgħat l-ittra May trid tmur l-Irlanda ta’ Fuq u l-Iskozja.
David Davis, li fil-Kabinett ta’ May huwa responsabbli minn Brexit, qal li dawn se jkunu l-iktar negozjati importanti għall-pajjiż f’ġenerazzjoni.