Minn tal-inqas 6 persuni mietu filwaqt li 16 jinsabu mweġġa’ wara li ħofra kbira fit-triq belgħet tal-linja u diversi nies oħra li kienu jinsabu fil-post fil-ħin tal-aċċident.
L-inċident seħħ fiċ-ċentru taċ-Ċina barra l-isptar li jinsab fil-provinċja ta’ Qinghai.
Kameras tas-sigurtà juru wkoll l-isplużjoni li seħħet ftit sekondi wara li ġara l-aċċident.
Diversi nies preżenti pruvaw jagħtu l-ewwel għajnuna lil dawk passiġġiera fuq tal-linja iżda nħakmu bil-biża’ hekk kif il-ħofra kompliet titwessa’ sa kważi 10 metri dijametru.
Għadu mhux ċar kemm kien hemm nies f’tal-linja waqt il-ħin tal-inċident.