Fiċ-Ċina madwar 1,700 persuna ġew milquta minn virus li għadu misterjuż. Bil-għan li jiġi ddentifikat it-tip ta’ virus qed jinbagħtu bosta kampjuni biex jiġu eżaminati fir-Renju Unit.
Din ir-riċerka qiegħda ssir fiċ-ċentru tal-Global Infectious Disease Analysis li jinsab fl-Imperial College ta’ Londra.
S’issa żewġ persuni mietu kawża ta’ dan il-firxu li nfirex f’Wuhan City.