F’Wuhan iċ-Ċina, l-ammont ta’ mwiet b’kawża tal-Coronavirus żdiedu b’1,290, żieda ta’ 50%.
Skont l-aħħar statistika, f’din il-belt minn fejn bdiet din il-pandemija, 3,869 persuna tilfu ħajjithom b’kawża tal-Coronavirus. Wuhan hija l-aktar belt li mietu nies fiha.
Aktar kmieni dan ix-xahar, Wuhan neħħiet il-lockdown wara xahrejn. S’issa madwar id-dinja mietu iktar minn 137,000 persuna bil-Coronavirus.